Skip to main content
Petizzjoni: Bidla Fir-Regolamenti tal-Għanja tal-Poplu 2019

Petizzjoni: Bidla Fir-Regolamenti tal-Għanja tal-Poplu 2019

149 signatures 101 to reach 250
S
Someone signed
R
Ruth-Ann A. signed
P
Paul signed
P
Paul C. signed
S
Salvinu B. signed
M
Matthew B. signed
M
Mark signed
C
Christine c. signed
J
Jodi Z. signed
P
Paul C. signed
MM
Started by Mużika Maltija 7 years, 5 months ago

Il-kompożituri, l-awturi, il-kantanti u s-segwaċi tal-Festival l-Għanja tal-Poplu, li għandhom għal qalbhom tant dan il-festival jinsabu preokkupati b'dawn iż-żewġ regolamenti li daħlu fis-seħħ fil-festival ta' din is-sena.

Regola 5.2

  • Ir-regola 5.2 tgħid li “l-isem tal-kompożitur u awtur ma jistax jidher iktar minn ma’ żewġ kanzunetti fis-serata finali. Fil-kas li jgħaddu ktar minn tnejn, jintagħżlu l-aħjar tnejn.” B’dan ir-regolament nemmnu li l-kumitat qed jagħmilha ċara li l-kanzunetti finalisti, mhux neċċeserjament ħa jkunu l-aqwa kanzunetti li ġew mitfugħa għal festival ta’ din is-sena. Il-kompożituri, l-awturi u l-kantanti jaħdmu b’timijiet differenti, allura dan iffisser li kompożitur, awtur jew kantant jista’ jiġi ippenalizzat u ma jgħaddix għas-serata finali għax ħadem ma’ persuna partikolari, meta l-prodott li preżenta seta’ kien fost l-aqwa minn dawk sottometti.
  • Il-kumitat għandu jagħżel l-aħjar kanzunetti li ġew sottometti fil-festival, irrispettivament min kiteb dawn il-kanzunetti. B’hekk wieħed jassigura li dan ikun festival ta’ kwalita’ bl-aqwa materjal possibli.

Regola 5.3

  • Ir-regola 5.3 tgħid “kull kantant/a jista’ jkanta kanzunetta waħda biss fis-serata finali. Fil-każ li kantant ikollu sehem f’iktar minn kanzunetta waħda, jiġi mitlub jagħżel kanzunetta minnhom, filwaqt li l-awtur u l-kompożitur tal-kanzunetta l-oħra jiġu mitluba jsibu kantant ieħor”,dan ifisser li jekk jgħaddi bi tnejn jew aktar, il-kantant irid jagħżel hu liema kanzunetta ħa jinterpreta filwaqt li l-oħrajn irridu jinżammu bilfors fil-kompetizzjoni u jgħaddu għand kantanti oħra.
  • B’dan ir-regolament, kantant li ħa jixħet aktar minn kanzunetta waħda, jaf ħa jispiċċa f’pożizzjoni skomda fejn ikollu jagħżel bejn żewġ kanzunetti u żewġ timijiet li emmnu fil-ħila tiegħu. Barraminnhekk bosta drabi, ħafna mill-ispejjeż tal-kanzunetti jieħdu ħsiebhom il-kantanti, jekk kanzunetta li ħallas il-kantant trid tinżamm fil-kompetizzjoni bilfors min ħa jkun responsabbli għall-ispejjeż li jkunu saru?
  • Nemmnu li l-kumitat għandu jżomm fil-kompetizzjoni l-kanzunetta li ġabet l-aktar punti u l-kantant ikanta dik. Il-kanzunetti l-oħra jistgħu jinżammu jew jitwaqqgħu mill-kompetizzjoni fuq qbil mat-tim rispettiv (kantant/kompożitur / awtur).

Minn hawn qed nitolbu lil Kumitat sabiex jiġu ikkunsidrati dawn it-talbiet tagħna u nħeġġu lil kull min għandu għal qalbu dan il-festival li jiffirma.

Grazzi mill-qalb.

Updates

March 27, 2019

The feedback from fellow artists confirms that these new rules are hurting the quality of the festival. We are preparing a formal response to the committee to demand a fair process for everyone involved.

March 27, 2019

The response is growing fast. Artists deserve better than these restrictive new rules.

Reached 100 supporters

March 27, 2019

19 Comments

S
Sonia Micallef
7 years ago Featured

Naqbel li kull kantant ikolu diska wahda ghal finali biex kulhadd ikolu cans ima huwa dritt tal kantant li jazel il awtur u kompozitur li jixtieq

M
Maronia gray
7 years ago Featured

Naqbel li kantant ikanta diska wahda fil finali.pero mhux sew li jkollu jazel.qabel ma jsiru regolamenti ahdmuwom sew

R
Ramon
7 years ago Featured

The festival should be open for everyone and the best songs get through! It doesn't matter who wrote them! Quality comes first!

K
Kathryn Galea
7 years ago Featured

Bhala kantanta gdida inhoss li din ir-regola mhux ta' gid ghaliex hija diga difficli insibu awtur u kompozitur u din ir-regola tohloq aktar restrizzjonijiet ghal kantanti li mhux ta' fama daqs ohrajn

P
Paul Ellul
7 years ago Featured

Din ir-regola ccahhad lill-awtur u lill-kompozitur mil-liberta meta dawn ghandhom il-mestier li jiktbu kanzunetti meta mitluba minn kantanti minghajr pregudizzju jew favur.

A
Anonymous
7 years ago Featured

Regolament bla sens ghax jekk kompozitur u awtur ikun haqqhom jghaddu hadd ma ghandu dritt iwaqqafhom ghax ghandhom aktar minn tnejn

A
Anonymous
7 years ago

Għeżież L-iskop tal-festival Ghanja tal-Poplu huwa li nħeġġu l-kompożituri u l-awturi jiktbu u jikkomponu kanzunetti bil-Malti. Ħassejna li festival għandu jkollu s-sehem ta’ firxa ta’ awturi u kompożituri, kantawturi u gruppi mużikali li jiktbu u jikkomponu kanzunetti bl-ideat tagħhom stess. Għalhekk ikollna firxa vasta u mħallta. Festival kompettiv għandu jesponi artisti varji bl-aħjar kanzunetti minn diversi artisti u b’hekk festival verament imżewwaq. Għal din is-sena daħħlna regolament li jillimita n-numru tal-kanzunetti fil-finali mill-istess artist pero dan ma jfissirx li fl-istadju preliminarju hemm xi restrizzjonijiet. Bħas-soltu aħna dejjem nieħdu pjaċir bid-diskussjonijiet u suġġerimenti minn kulħadd biex flimkien inkomplu nipprezentaw festival denju għas-soċjeta Maltija. Grazzi u tislijiet Charles Schembri f’isem il-Kumitat L-Għanja tal-Poplu (Mhix l-intenzjoni tieghi li nagħmel sign petition, imma kelli naghmel hekk biex nikteb dan il-messaġġ)

P
Paul
7 years ago

Come on this is outrageous

Help this petition grow

Share it with friends to help reach 250 signatures.

Your share link

Share directly