Petizzjoni: Bidla Fir-Regolamenti tal-Għanja tal-Poplu 2019
Mużika Maltija 0

Petizzjoni: Bidla Fir-Regolamenti tal-Għanja tal-Poplu 2019

149 signers. Add your name now!
Mużika Maltija 0 Comments
149 signers. Almost there! Add your voice!
75%
Maxine K. signed just now
Adam B. signed just now

Il-kompożituri, l-awturi, il-kantanti u s-segwaċi tal-Festival l-Għanja tal-Poplu, li għandhom għal qalbhom tant dan il-festival jinsabu preokkupati b'dawn iż-żewġ regolamenti li daħlu fis-seħħ fil-festival ta' din is-sena.

Regola 5.2

  • Ir-regola 5.2 tgħid li “l-isem tal-kompożitur u awtur ma jistax jidher iktar minn ma’ żewġ kanzunetti fis-serata finali. Fil-kas li jgħaddu ktar minn tnejn, jintagħżlu l-aħjar tnejn.” B’dan ir-regolament nemmnu li l-kumitat qed jagħmilha ċara li l-kanzunetti finalisti, mhux neċċeserjament ħa jkunu l-aqwa kanzunetti li ġew mitfugħa għal festival ta’ din is-sena. Il-kompożituri, l-awturi u l-kantanti jaħdmu b’timijiet differenti, allura dan iffisser li kompożitur, awtur jew kantant jista’ jiġi ippenalizzat u ma jgħaddix għas-serata finali għax ħadem ma’ persuna partikolari, meta l-prodott li preżenta seta’ kien fost l-aqwa minn dawk sottometti.
  • Il-kumitat għandu jagħżel l-aħjar kanzunetti li ġew sottometti fil-festival, irrispettivament min kiteb dawn il-kanzunetti. B’hekk wieħed jassigura li dan ikun festival ta’ kwalita’ bl-aqwa materjal possibli.

Regola 5.3

  • Ir-regola 5.3 tgħid kull kantant/a jista’ jkanta kanzunetta waħda biss fis-serata finali. Fil-każ li kantant ikollu sehem f’iktar minn kanzunetta waħda, jiġi mitlub jagħżel kanzunetta minnhom, filwaqt li l-awtur u l-kompożitur tal-kanzunetta l-oħra jiġu mitluba jsibu kantant ieħor”,dan ifisser li jekk jgħaddi bi tnejn jew aktar, il-kantant irid jagħżel hu liema kanzunetta ħa jinterpreta filwaqt li l-oħrajn irridu jinżammu bilfors fil-kompetizzjoni u jgħaddu għand kantanti oħra.
  • B’dan ir-regolament, kantant li ħa jixħet aktar minn kanzunetta waħda, jaf ħa jispiċċa f’pożizzjoni skomda fejn ikollu jagħżel bejn żewġ kanzunetti u żewġ timijiet li emmnu fil-ħila tiegħu. Barraminnhekk bosta drabi, ħafna mill-ispejjeż tal-kanzunetti jieħdu ħsiebhom il-kantanti, jekk kanzunetta li ħallas il-kantant trid tinżamm fil-kompetizzjoni bilfors min ħa jkun responsabbli għall-ispejjeż li jkunu saru?
  • Nemmnu li l-kumitat għandu jżomm fil-kompetizzjoni l-kanzunetta li ġabet l-aktar punti u l-kantant ikanta dik. Il-kanzunetti l-oħra jistgħu jinżammu jew jitwaqqgħu mill-kompetizzjoni fuq qbil mat-tim rispettiv (kantant/kompożitur / awtur).

Minn hawn qed nitolbu lil Kumitat sabiex jiġu ikkunsidrati dawn it-talbiet tagħna u nħeġġu lil kull min għandu għal qalbu dan il-festival li jiffirma.

Grazzi mill-qalb.

Share for Success

Comment

149

Signatures

contribute iPetitions
iPetitions is powered by everyday people — not corporations. With nearly 50 million signatures, we've helped spark change in local communities across the globe. We don't take corporate money. We rely on people like you.
Support iPetitions. Help keep us independent and make real change. Help us stay independent. Every dollar helps.
Processed by Paypal and Stripe.
Enter your details on the next page
iPetitions is powered by everyday people — not corporations. With nearly 50 million signatures, we've helped spark change in local communities across the globe. We don't take corporate money. We rely on people like you.