Powered by iPetitions - Start your online petition now

The Petition

 



Pulse irċeviet ammont ta’ ilmenti mingħand studenti li
jinsabu preokkupati minħabba t-tibdil msemmi relatat maż-żmien provdut biex
wieħed idaħħal il-proġett tas-Systems of Knowledge.



 



L-għaqda Pulse tirrikonoxxi l-pass pożittiv li wieħed sar
jista’ jlesti u jdaħħal il-proġett tiegħu fuq perjodu ta’ sena waħda. Dan
japplika fil-każ li wieħed ikun jixtieq jagħmel l-eżamiiet Avvanzati fl-ewwel
sena tiegħu fil-Kulleġġ.



 



Madanakollu ħafna studenti huma nkwetati għaliex dawk
l-istudenti tal-ewwel sena li se jagħmlu l-eżami intermedju tas-SoK fit-tieni
sena, intqal lilhom li xorta se jkollhom jagħmlu l-proġett tagħhom fuq sena
waħda. Dan għal kontra tal-perjodu itwal li kien jingħatalhom qabel, fejn
l-istudent seta’ jqassam ix-xogħol tiegħu aħjar
.



 



Filwaqt li l-opportunita’ għal min jixtieq jagħmel
il-proġett fuq sena waħda għandha tibqa’, l-għaqda qed titlob li:



 



- Li tiġi ċċarata din il-kwistjoni mill-awtoritajiet u
l-istudenti jkunu infurmati b’mod konsistenti dwar liema proċedura uffiċċjali
qed tintuża.



 



- Jekk verament dan huwa l-każ, l-istudenti jerġa’ jibda
jingħatalhom iż-żmien li kien ikollhom qabel sar it-tibdil.



 



Għada stess Pulse se tkun qed tressaq din il-pożizzjoni
lill-Prinċipal tal-Kulleġġ. L-għaqda nfurmat ukoll lill-KSJC u kif ukoll
lill-istudenti department representative ikkonċernat. Sadattant dawk
l-istudenti li huma l-aktar affetwati jistgħu jiffirmaw din il-petizzjoni favur
żmien aktar adekwat biex wieħed jaħdem fuq il-proġett tiegħu.

Sign petition

 
 

Fields marked with * are required

Display options