Kyle Civelli 0

PULSE: Petizzjoni dwar it-tibdil fiż-żmien allokat sabiex jiġi sottomess il-proġett tas-Systems of Knowledge.

262 people have signed this petition. Add your name now!
Kyle Civelli 0 Comments
262 people have signed. Add your voice!
27%
Maxine K. signed just now
Adam B. signed just now

 

Pulse irċeviet ammont ta’ ilmenti mingħand studenti li jinsabu preokkupati minħabba t-tibdil msemmi relatat maż-żmien provdut biex wieħed idaħħal il-proġett tas-Systems of Knowledge.

 

L-għaqda Pulse tirrikonoxxi l-pass pożittiv li wieħed sar jista’ jlesti u jdaħħal il-proġett tiegħu fuq perjodu ta’ sena waħda. Dan japplika fil-każ li wieħed ikun jixtieq jagħmel l-eżamiiet Avvanzati fl-ewwel sena tiegħu fil-Kulleġġ.

 

Madanakollu ħafna studenti huma nkwetati għaliex dawk l-istudenti tal-ewwel sena li se jagħmlu l-eżami intermedju tas-SoK fit-tieni sena, intqal lilhom li xorta se jkollhom jagħmlu l-proġett tagħhom fuq sena waħda. Dan għal kontra tal-perjodu itwal li kien jingħatalhom qabel, fejn l-istudent seta’ jqassam ix-xogħol tiegħu aħjar.

 

Filwaqt li l-opportunita’ għal min jixtieq jagħmel il-proġett fuq sena waħda għandha tibqa’, l-għaqda qed titlob li:

 

- Li tiġi ċċarata din il-kwistjoni mill-awtoritajiet u l-istudenti jkunu infurmati b’mod konsistenti dwar liema proċedura uffiċċjali qed tintuża.

 

- Jekk verament dan huwa l-każ, l-istudenti jerġa’ jibda jingħatalhom iż-żmien li kien ikollhom qabel sar it-tibdil.

 

Għada stess Pulse se tkun qed tressaq din il-pożizzjoni lill-Prinċipal tal-Kulleġġ. L-għaqda nfurmat ukoll lill-KSJC u kif ukoll lill-istudenti department representative ikkonċernat. Sadattant dawk l-istudenti li huma l-aktar affetwati jistgħu jiffirmaw din il-petizzjoni favur żmien aktar adekwat biex wieħed jaħdem fuq il-proġett tiegħu.

Links


Share for Success

Comment

262

Signatures