Charles Grech 0

Daqshekk ghall-Immigrazzjoni Illegali f'Malta

98 people have signed this petition. Add your name now!
Charles Grech 0 Comments
98 people have signed. Add your voice!
1%
Maxine K. signed just now
Adam B. signed just now

Ittra miftuha lil Parlament Malti, President tar-Republika, MEP's Onorevoli sinjuri; Jiena hawn taht iffirmat bhala cittadin Malti qed pubblikament nistedinkom tanalizzaw u tiehdu azzjoni fuq dan li gej ; Proposta ghal-Mozzjoni fil-Parlament Ewropew vs Immigrazzjoni Illegali 1. Illi bhal ma' jghid it-titolu hawn fuq qed nipproponi li ssir diskussjoni bis-serjeta' fil-Parlament Malti sabiex din il-pjaga nazzjonali tigi attakkata u rizolta darba ghal-dejjem permezz ta' din il-mozzjoni, li l-ghan taghha huwa li tigi prezentata fil-Parlament Ewropew. 2. Illi minghajr pregudizzju ghal-kulur tal-gilda, twemmin politiku jew religjuz jew x'ort ohra li jista' jikser id-drittijiet fundamentali tal-bniedem, ir-Repubblika ta' Malta w Ghawdex (li ser tigi ndirizzata bhala ir-Repubblika ta' Malta jew Malta fil-kumplament tal-mozzjoni) ghandha iggib ghal-gharfien immedjat quddiem kull awtorita' kompetenti internazzjonali u f'dan il-kaz specjali il-Parlament Ewropew kif ukoll kull istituzzjoni legali ohra ; dan l-istat ta' fatt li gej. 3. Illi ir-Repubblika ta' Malta ghandha arja ta' 122 mili kwadrati ( 316 kilometri kwadrati ) b'popolazzjoni densa ta' madwar 391,670 sas-sena 2000 bir-rata ta' twelid baxxa hafna ghal-0.74% u popolazzjoni li qed tixjieh. Ghal-aktar dettal ara :- Malta - country overview - location and size http://www.nationsencyclopedia.com/economies/Europe/Malta.html 3. Illi f'dawn l-ahhar snin ( taht 10 snin) f'Malta dahlu mat-12,000 Immigrant Irregorali mill-kontinent Afrikan u numru iehor mhux skedat mill-bqija tad-dinja. Ir-rizorsi tal-pajjiz huma limitati, kemm fizikament bhala massa ta' art kif ukoll bhala akkomodazzjoni. L-influss ikkontrollat permezz tal-Eurodac u l-obbligi li dhalna ghalihom permezz tad-Dublin 2 Treaty qed jaghmluha difficli li dan il-fenomenu ta' Immigrazzjoni Irregorali ghad tista' xi darba tittaffa. Sahansitra dawn iz-zewg trattati imsemmija huma ta' katina w mazzra ingusta mar-Repubblika ta' Malta w ic-cittadini taghha li jabitaw fiha. 4. Illi l-influss kontinwu ta' immigranti irregolari qed johloq problemi ta' :- A) Spazju B) Mard gdid li qed jitfacca u li kien inqered ghal-kollox minn Malta. C) Stress enormi fuq il-forzi tas-Sigurta' , Pulizija / Armata, Staff Mediku - Spazju fl-isptarijiet. D) Spiza dejjem tikber ghal indokrazzjoni tal-immigranti illegali li jibqghu jinzammu hawn minhabba it-trattati Eurodac u Dublin 2 Treaty hawn fuq imsemmija. L-ispiza qed igorrha l-poplu Malti w Ewropew minn taxxi esurbetanti, tant li bhalissa hafna cittadini Ewropej qed jirrikorru ghas-suwicidju minnhabba dan il-fatt ta' taxxi esurbetanti. Taxxi li kollha kemm huma f'kull forma taghhom ghandhom il-konsegwenza ahharija ta' gholi tal-hajja w assassinju tal-kummerc. Ghaldaqstant f'Malta fegg fenomenu gdid, il-fenomenu ta' xoghol prekarju. 5. Illi b'mod immedjat ir-Repubblika ta' Malta ghandha tiehu passi fl-interess nazzjonali billi tiehu dawn il-mizuri :- A) Tissospendi it-trattati Dublin 2 u il-Eurodac b'mod indefinit u ma' tibqax takkomoda aktar ifluss ta' illegali, bhala protesta ghat-tkaxkir tas-saqajn mill-EU rigward il-Burden Sharing. Ir-Repubblika ta' Malta turi is-solidarjeta' taghha lejn il-'Boat People' billi tfornihom b'ikel, xorb u fuel halli jkomplu il-vjaggi taghhom; sakemm l-EU tiehu lir-Repubblika ta' Malta bis-serjeta' u tibda dawn in-negozjati hekk kif jidhru hawn taht fi klawzola B. B) Tiftah negozjati mal-Unjoni Ewropeja ghal ronda bis-serjeta' fil-Mediterran (art, bahar u ajru) mill-forzi armati, qawwiet navali u qawwiet tal-arju tal-istati membri tal-EU, b'mod specjali tal-qawwiet Taljani, Francizi, Griegi, Spanjoli, Maltin u kull pajjiz membru iehor li jaqgha fiz-zona tal-konfini tan-nofs inhar tal-EU. L-iskop w il-missjoni ta' din il-forza ghandha tkun li :- B.1 ) Tintercetta vjaggi bi klandestini fuq il-bahar, tassisti lil-klandestini waqt distress, tigborhom u tehodhom lura lejn il-post minn fejn origina il-vjagg taghhom. Ghaldaqstant iridu jigu ratifikati dawk it-trattati ta' rimpatriju diga' ezistenti minn Franza u l-Italja mal-pajjizi Nord Afrikani. Ir-ratifikazzjoni ghandha tigbor fiha lil EU Member States kollha u bla pregudizzju w ghaldaqstant ir-rimpatriju ghandu jkun awtomatiku w esegwit minn din il-forza Militari Ewropeja msemmija jew kull fakulta' ohra civili jew merkantili registrati fl-EU ghal qadi ta' din il-missjoni. C) Illi l-Unjoni Ewropeja ghandha twaqqaf agenziji ta' intelligenza / servizzi sigrieti li jahdmu minghajr gheda biex jinfiltraw u jesponu lil min huwa responsabbli minn din l-attivita' illegali w inumana ta' traffikar ta' persuni, b'riskju ghal hajjithom u detriment ghac-cittadini Ewropej. F'dan il-kaz l-EU ghandha ixxandar f'kull mezz ta' komunikazzjoni kemm bil-kitba jew bil-fomm li ser tkun qed tadotta mizura ta' PUSH BACK POLICY ta' immigranti illegali, jigu minn fejn jigu mid-dinja. Dawn ghandhom b'mod immedjat jixxandru f'dawk il-pajjizi li minnhom l-aktar li joriginaw tali vjaggi, cioe' il-kontinent Afrikan. D) Illi l-Immigrazzjoni fl-EU ghandha tibqa' kontrollata w regolarizzata skond termini legali maqbula bejn l-istati kollha membri u minghajr pregudizzju. Ghaldaqstant ir-Repubblika ta' Malta tistieden lil Istati Membri tal-EU biex jibdew negozjati mal-Unjoni Afrikana ghal twaqqif ta' centri ta' Immigrazzjoni fl-EU, mxerrda mal-kontinent Afrikan kollu w attrezzati b'kull facilita' moderna. E) Illi l-EU ghandha bis-serjeta' u b'onesta' taghti widen ghal-krib tac-cittadini taz-zewg kontinenti cioe' dak Ewropew u dak Afrikan billi tohloq, tinvesti w teduka ix-xoghol u l-investiment kif ukoll thajjar entitajiet privati jinvestu fil-kontinent Ewropew / Afrikan bl-iskop li :- 1. Jinqatghu il-vjaggi klandestini lejn l-Ewropa ta' natura purament ekonomika. 2. Tghin it-tkabbir u tkattir tad-demokrazija fil-kontinent Afrikan permezz ta' Summits diretti bejn il-mexxejja tal-EU u l-Unjoni Afrikana. 3. Tinvesti fl-infrastruttura, agrikoltura, sajd u kull rizors iehor ezistenti fl-Afrika - bhala AfroEU Trade Aid Pact u li c-cittadini taz-zewg kontinenti jgawdu mill-qliegh iggenerat minn dan il-patt. Charles Grech

Share for Success

Comment

98

Signatures